Navigate Up
Sign In

Prostituzzjoni

​Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi huwa responsabbli mid-diskussjoni dwar it-temi tal-prostituzzjoni u t-traffikar uman. Iż-żewġ suġġetti huma meqjusa bħala żewġ temi relatati ħafna iżda li jirrikjedu li jiġu indirizzati b’metodi differenti. Dan joħroġ mill-fatt li mhux kull każ ta’ prostituzzjoni jinvolvi traffikar uman, u mhux kull każ ta’ traffikar uman jinvolvi prostituzzjoni.

Il-Gvern huwa determinat li jgħin lil persuni vulnerabbli, b’mod speċjali dawk ir-realtajiet soċjali li kienu injorati għal ħafna żmien bħall-prostituzzjoni. Il-Gvern qed jaħdem mill-qrib ma’ entitajiet non-governattivi sabiex l-għajnuna tasal għand min għandu bżonnha b’mod effettiv.

F’Mejju 2019 sar l-ewwel pass bħala parti mir-riforma dwar il-prostituzzjoni. Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi ffirma ftehim mas-Sorijiet tal-Karità li permezz tiegħu se jkun qed jiġi provdut servizz speċjalizzat maħsub sabiex jgħin persuni li esperjenzaw il-prostituzzjoni u bħalissa qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija. Wara diskussjonijiet bejn is-Segretarjat Parlamentari, is-Sorijiet tal-Karità u t-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, se jsir investiment ta’ €40,000 f’dan il-programm speċjalizzat.

Il-Gvern iwaqqaf programm speċjalizzat maħsub sabiex jgħin persuni li esperjenzaw il-prostituzzjoni u bħalissa qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin